Illum ingħata bidu għall-Konvenzjoni Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista, li matulha qed issir l-elezzjoni għall-Kap tal-Partit Nazzjonalista wara ħamest’ijiem ta’ votazzjoni bikrija fejn s’issa diġà vvotaw 76% tat-tesserati mill-21,499 eliġibbli li jivvotaw. Il-konvenzjoni fetħet dalgħodu mill-President tal-Kunsill Ġenerali Ċensu Galea.
Il-ħinijiet tal-votazzjoni ser ikunu s-segwenti; mit-08.00am sa 04.00pm f’Malta u mit-08.00am sa 02.00pm f’Għawdex fi 18-il post ta’ votazzjoni; fl-uffiċċju tal-AZAD fil-Belt Valletta u d-Dar Ċentrali f’Tal-Pietà, kif uoll fil-Każini tal-Partit Nazzjonalista fl-Isla, iż-Żejtun, Ħal Tarxien, iż-Żurrieq, is-Siġġiewi, Ħal Luqa, ir-Rabat, Ħal Balzan, Birkirkara, l-Imsida, is-Swieqi, Ta’ Xbiex, Tas-Sliema, in-Naxxar, il-Mellieħa u Ta’ Sannat f’Għawdex, skont kif indikat fuq id-Dokument tal-Vot.
It-tesserati eliġibbli qed jiġu mitluba jagħmlu l-għażla tagħhom bejn iż-żewġ kontestanti; Adrian Delia u Bernard Grech, wara ġimgħatejn kampanja elettorali li kienet sussegwenti għall-approvazzjoni tad-due diligence taż-żewġ kandidati kif mitlub mill-Istatut tal-Partit Nazzjonalista.
//= $special ?>