09:04pm: Jasal Adrian Delia fid-Dar Ċentrali għal konferenza stampa rigward ir-riżultat mhux uffiċjali.
08:45pm: *Mhux Uffiċjali* It-tielet projection ta’ Net News indika li l-Avukat Bernard Grech kiseb madwar 67% tal-voti mitfuqha. Meta dan ikun konfermat, dan ikun ifisser li Bernard Grech ikun id-disa’ kap tal-PN.
08:15pm: *Mhux Uffiċjali* It-tieni projection ta’ Net News indika li l-Avukat Bernard Grech kiseb madwar 65% tal-voti mitfuqha.
08:00pm: *Mhux Uffiċjali* Bernard Grech b’vantaġġ fl-elezzjoni għal Kap tal-PN.
07:51pm: Jibda l-proċess tas-sorting flimkien mal-għadd tal-voti.
7:50pm: Iċ-Chairperson tal-Kummissjoni Elettorali tal-Partit Nazzjonalista Peter Fenech iħabbar li t-total ta’ dawk li vvutaw kien ta’ 18,362.
07:47pm: Jibdew jitqassmu l-pakketti ta’ 50 biex b’hekk jibda l-proċess tas-sorting.
Kemm kien il-persentaġġ finali ta’ dawk li vvotaw f’kull lokalità?
- Żurrieq: 82.00%
- AZAD: 83.00%
- Luqa: 82.00%
- Rabat: 84.00%
- Żejtun: 84.00%
- Mellieħa: 84.00%
- Dar Ċentrali: 83.00%
- Msida: 84.00%
- Naxxar: 85.00%
- Birkirkara: 84.00%
- Siġġiewi: 85.00%
- Isla: 85.00%
- Għawdex: 87.00%
- Tarxien: 84.00%
- Sliema: 85.00%
- Ta’ Xbiex: 88.00%
- Swieqi: 89.00%
- Balzan: 88.00%
05:30pm: Il-voti bdew jitpoġġew rashom ‘l isfel u jitqassmu f’pakketti ta’ 50.
05:15pm: Jibda l-proċess ta’ rikonċiljazzjoni fejn ftit ftit jibdew jinfetħu l-kaxxi u jitqassmu f’pakketti ta’ 50 biex eventwalment jibda l-għadd tal-voti. Il-voti se jkun imqassmin fi tliet sezzjonijiet, kaxxi dedikati għal Adrian Delia, kaxxi oħra għal Bernard Grech filwaqt li l-kaxxi l-oħra huma għal voti dubjużi.
Il-Kummissjoni Elettorali tal-Partit Nazzjonalista qalet li fil-votazzjoni tal-illum fl-elezzjoni għal Kap tal-Partit Nazzjonalista ivvotaw 9% tat-tesserati eleġibbli li jivvotaw. B’hekk, it-total ta’ dawk li vvotaw f’din l-elezzjoni kien ta’ 85% ta’ dawk eleġibbli.
05:06pm: Jaslu l-aħħar kaxex ta’ Ħal Balzan u Żejtun.
4:57pm: Jaslu l-kaxex t’Għawdex u Tarxien.
4:54pm: Tasal il-kaxxa taż-Żurrieq biex b’hekk ingħaqdet mal-kumplament tal-kaxex.
4:51pm: Il-kaxxa tad-Dar Ċentrali ttieħdet fis-Sala mal-kaxex l-oħrajn.
4:40pm: Jaslu l-kaxex ta’ votazzjoni ta’ Żejtun u Birkirkara.
4:35pm: Jaslu l-kaxex tas-Siġġiewi u l-Imsida.
4:30pm: Jaslu l-kaxxex tar-Rabat u Naxxar.
4:25pm: Jaslu l-kaxex tal-votazzjoni ta’ Ta’ Xbiex u tal-AŻAD.
4:20pm: Jaslu l-kaxex tal-Isla u s-Swieqi.
4:15pm: Jaslu l-kaxex ta’ Tas-Sliema u ta’ Ħal Luqa fid-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista, Pietà.
Iktar tard:
Uffiċjalment għalqet il-votazzjoni ta’ Kap tal-Partit Nazzjonalista kemm f’Malta u f’Għawdex.
Sas-2pm kienu 83% li vvotaw mit-tesserati kollha eleġibbli.
Kemm kien il-persentaġġ ta’ dawk li vvotaw sas-2pm?
- Żurrieq: 80.43%
- AZAD: 80.83%
- Luqa: 80.95%
- Rabat: 81.78%
- Żejtun: 82.12%
- Mellieħa: 82.48%
- Dar Ċentrali: 82.60%
- Msida: 82.60%
- Naxxar: 82.67%
- Birkirkara: 82.76%
- Siġġiewi: 82.93%
- Isla: 84.28%
- Għawdex: 86.79%
- Tarxien: 83.21%
- Sliema: 83.54%
- Ta’ Xbiex: 87.26%
- Swieqi: 87.84%
- Balzan: 87.08%
Fis-2pm għalqet il-votazzjoni f’Ta Sannat, Għawdex biex b’hekk ingħalqet l-ewwel kaxxa bil-voti u nġiebet lejn Malta.
Fl-4pm ingħalqet il-votazzjoni f’Malta fis-17-il post l-oħra biex l-istess bħal ma ġara f’Għawdex, jingħalqu l-kaxxex kollha u jittieħdu lejn id-Dar Ċentrali.
Il-votazzjoni ewlenija fetħet dalgħodu fit-8am, u tibqa’ għaddejja sal-4pm f’Malta u sas-2pm f’Għawdex.
Dan wara ħamest ijiem ta’ votazzjoni bikrija fejn wara dawn il-jiem kienu vvotaw 76% tat-tesserati mill-21,499 eliġibbli li jivvotaw.
B’kollox hemm 18-il post ta’ votazzjoni; l-uffiċċju tal-AZAD fil-Belt Valletta u d-Dar Ċentrali f’Tal-Pietà, kif ukoll fil-Każini tal-Partit Nazzjonalista fl-Isla, iż-Żejtun, Ħal Tarxien, iż-Żurrieq, is-Siġġiewi, Ħal Luqa, ir-Rabat, Ħal Balzan, Birkirkara, l-Imsida, is-Swieqi, Ta’ Xbiex, Tas-Sliema, in-Naxxar, il-Mellieħa u Ta’ Sannat f’Għawdex.
Wara l-għeluq tal-postijiet tal-votazzjoni, Net TV se jkun qed ixandar programm simultanju ma’ Net FM fejn it-telespettaturi jkunu jistgħu isegwu l-proċess kollu tal-għadd tal-voti.
Qed ikun imħeġġeġ li ħadd ma jinġabar fuq quddiem id-Dar Ċentrali matul dan il-proċess. Fil-fatt, it-toroq tal-madwar tad-Dar Ċentrali se jkunu magħluq kompletament mill-4pm ‘il quddiem ħlief għal min hu nvolut fil-proċess tal-għadd tal-voti.
//= $special ?>