Lokali

Jiddaħħlu 38 immigrant

38 immigrant kellhom jiddaħħlu Malta hekk kif sabu ruħhom f’diffikulta f’nofs ta’ baħar.

Huma ddaħħlu Malta kmieni dalgħodu f’ħidma ta’ salvataġġ mill-Forzi Armati ta’ Malta.

Jidher li l-immigranti huma kollha Marokkini.

It-38 immigrant kienu abbord dgħajsa li kellha xi ħsarat. L-għaqda Alarm Phone qalet li l-immigranti kienu jinsabu fiż-żona ta’ tiftix u salvataġġ ta’ pajjiżna.

Immedjatament il-Forzi Armati ta’ Malta waslu fil-post fejn kienet din id-dgħajsa iżda ma rnexxilhomx jirranġaw il-ħsarat li kellha.