Futbol Sport

Jispikka l-Brażiljan Perassolli

PIETA H. ………………….. 2

QORMI ……………………. 3

Pieta H: J. Chircop St.John, S. Okoh, J. Cassar, M. Portelli, J. Ghio (N. Pace Cocks 46’), D. Segura, N. Pisani, J.L. Caetano, S. Mizzi, I. Jalo, J. Scicluna (S. Pisani 46’).

Qormi: J. Vella, O. Sidibe, D. Perassolli Da Cruz, L. Farrugia, L. Mallia, A. Da Silva Oliveira, I. Micallef (A. Bonnici 25’), J. Mizzi, N. Gauci, I. Zammit (R. Caruana 46’), L. Azzopardi.

Referee: Fyodor Zammit

Il-Brażiljan ta’ Qormi perassolli spikka għal Qormi b’doppjetta li tat lil Qriema l-ewwel rebħa tal-istaġun u li kkundannat lil Pieta għat-tieni telfa konsekuttiva. Ħasra li fil-ħin miżjud dan il-plejer dabbar it-tieni karta safra u kien imkeċċi.

L-ewwel taqsima kienet mill-iktar eċċitanti b’diversi opportunitajiet ta’ skor fejn iktar kienu Pieta li kienu perikolużi, filwaqt li Qormi kienu iktar konkreti u sfruttaw l-opportunitajiet li kellhom.Wara disa’ minuti Qormi fil-vantaġġ meta l-Braiżiljan Perassolli Da Cruz skorja ġmiel ta’ gowl direttament minn freekick minn pożizzjoni angolata. Żewġ minuti wara Pieta kisbu l-gowl tad-draw b’azzjoni veloċi u kross lejn James Scicluna li b’xutt mill-ewwel skorja bil-ballun jaħbat mal-lasta qabel spiċċa fix-xibka.

Josa Caetano falla żewġ ċansijiet faċli ta’ skor għal Pieta u ta’ dan kienu kastigati għaliex fl-44 minuta, Luke Farrugia skorja b’xutt sabiħ minn tarf il-kaxxa.Mas-siegħa logħob Pieta kisbu d-draw meta l-goalkeeper ta’ Qormi Vella salva kif seta’ żewġ tentattivi iżda ma seta’ jagħmel xejn fuq ix-xutt mill-viċin tas-sotitut Sheldon Pisani. Fit-63 minuta Jalo dabbar żewġ karti sofor u kien imkeċċi u minuta wara Perassolli Da Cruz skorja ġmiel ta’ gowl biex ta r-rebħa lil Qormi. Fil-ħin miżjud l-istess Perassolli kien muri t-tieni karta safra.

BOV CHALLENGE LEAGUE
Ilbieraħ: Centenary Stadium: St. George’s v Marsa 1-3, Illum: Victor Tedesco Stadium: Pieta v Qormi 2-3, Naxxar v Swieqi 9.15pm, Centenary Stadium: Fgura v Żebbuġ 1-0, Qrendi v St. Andrews 9.15pm, Illum: Centenary Stadium: Marsaxlokk v Pembroke 5.00pm, Vittoriosa v San Ġwann 9.15pm