Lokali

“Kollu tort tal-COVID u mhux għax kellek kundizzjonijiet oħra”

"Kont tarmi s-saħħa, mintiex sempliċiment numru"

“Timxi waħdek u tidħaq, tkanta u tiżfen ta’ dik l-età. Dejjem pożittiv u qatt ma tgerger u d-dar tal-anzjani kont tferraħa.”

Hekk kien deskritt anzjan ta’ 91 sena, minn neputija tiegħu Christine Scerri li tilfet lil nannuha wara li ħakmu l-COVID-19 fl-aħħar jiem.

Permezz ta’ post fuq il-paġna personali tagħha ta’ Facebook, hi qalet li mhux sew il-kummenti tan-nies jgħidu li miet għax kellu kundizzjonijiet ulterjuri hekk kif nannuha, minkejja l-età li kellu, qabel missu l-virus kien għaddej qisu mhux hu. Kien saħansitra jaf juża t-teknoloġija u ħa ħsieb lil martu sal-aħħar.

“Hu u anzjani oħra m’għandhomx jigu meqjusa bħala ‘uija, kienu kbar fl-età x’tistenna?’,” saħqet Christine filwaqt li ħeġġet biex kulħadd joqgħod attent hi x’inhi l-età.