Elezzjoni Kap PN Lokali

“Minn għada stess jien se naħdem iktar minn qatt qabel” – Adrian Delia

Fl-ewwel reazzjoni tiegħu Adrian Delia qal li “Jien dejjem kont u nibqa’ nemmen fir-rieda tan-nies. Il-partit tagħna għadu ħaj u b’saħħtu. Issa ejja naħdmu flimkien biex insaħħu lill-partit tagħna f’għeluq tal-140 sena tiegħu. Mhux biss għal ġid tal-partit tagħna stess imma għal-ġid ta’ pajjiżna. Minn għada stess jien se naħdem iktar minn qatt qabel għal partit li ngħożż u l-pajjiż li nħobb. Jien Adrian Delia Jien Nazzjonalist Jien Malti U kburi.”

Huwa kompla jgħid li “Illum ivvutaw ‘il fuq minn 18,000 tesserati tagħna. Kważi 85% ta’ dawk kollha eliġibbli fi żmien diffiċli għal partit u l-pajjiż. Grazzi lil dawk kollha li ħarġu jagħtu l-vot tagħhom lill-partit. Dan huwa l-proċess tad-demokrazija.”