Futbol Sport

Rebħiet għal Roma u Sassuolo

(Ritratt: EPA)

Roma kisbu rebħa minima ta’ 1-0 barra minn darhom kontra Udinese. Il-gowl li ddeċieda l-konfront wasal fil-55 minuta permezz ta’ PEDRO b’konklużjoni barra mill-kaxxa.

Sassuolo kisbu t-tielet riżultat pożittiv tal-istaġun meta fil-Mapei Stadium għelbu lil Crotone 4-1. DOMENICO BERARDI fetaħ l-iskor fid-19 –il minuta. Sassuolo ġabu d-draw fid-49 minuta permezz ta’ penalty ta’ SIMEON NWANKWO. Disa’ minuti wara, Sassuolo għamluhom 2-1 permezz ta’ penalty ukoll skorjat minn FRANCESCO CAPUTO. L-istess plejer għamilhom 3-1 fil-85 minuta biex fil-ħin mogħti żejjed MANUEL LOCATELLI għamilhom 4-1.

SERIE A
Ilbieraħ: Fiorentina v Sampdoria 1-2,Illum: Sassuolo v Crotone 4-1, Genoa v Torino posp., Udinese v Roma 0-1 Għada: Atalanta v Cagliari 12.30pm, Benevento v Bologna 3.00pm, Lazio v Inter 3.00pm, Parma v Verona 3.00pm, Milan v Spezia 6.00pm, Juventus v Napoli 8.45pm