Lokali

Rumena titressaq quddiem il-Qorti t’Għawdex

Il-Pulizija ressqet b’arrest fil-Qorti t’Għawdex, mara Rumena ta’ 26 sena quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Monica Vella.

Hija ġiet akkużata talli nhar it-3 t’Ottubru, 2020 u fil-ġranet ta’ qabel, waqt li kienet qiegħda f’Għawdex, użat kompjuter b’kodiċi ta’ dħul u ‘password’ ta’ persuna oħra, kif ukoll użat l-istess tagħmir mingħajr awtorizazzjoni u għamlet koppja jew immodifikat data jew dokumentazzjoni għad-dannu tal-vittma.

Il-mara ġiet akkużata wkoll li użat apparat ta’ kommunikazzjoni elettroniku biex heddet lill-vittma, li tat fastidju, li kkaġunat biża’, li għamlet vjolazzjoni oħra kontra l-propjetà tal-vittma, kif ukoll ikkaġunat ħsara lill-vittma.

Il-mara wieġbet mhux ħatja għall-akkużi miġjuba fil-konfront tagħha u ngħatat il-ħelsien mill-arrest taħt diversi kundizzjonijiet. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Bernard Charles Spiteri.