Karozza nqalbet rasha ‘l isfel ma’ roundabout tal-Mellieħa qrib it-Torri l-Aħmar għall-ħabta tal-5pm.
Fuq il-post waslu għadd ta’ membri tal-Pulizija, żewġ vetturi tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku biex jassistu lis-sewwieq. Fortunatament, jidher li ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident tant li l-kura medika offruta ġiet irrifjutata.
Mhux magħruf x’wassal għal dan l-inċident iżda jidher li l-karozza kienet involuta f’dan l-inċident weħidha.