Futbol Sport

Tispikka Man Utd kontra Tottenham fir-raba’ ġurnata

(Ritratt: EPA)

Bejn illum u għada jkompli l-Premier League bl-aħħar ġurnata qabel il-waqfa għall-partiti internazzjonali.

F’ Old Trafford Manchester United jilqgħu lil Tottenham Hotspur fl-aktar partita li tispikka fi tmiem il-ġimgħa. Manchester United kellhom bidu pjuttost diffiċli dan l-istaġun fejn wara li tilfu l-ewwel partita, rebħu fl-aħħar ħinijiet kontra Brighton. It-tim ta’ Jose Mourinho kiseb draw u rebħa fl-ewwel ħarġiet tiegħu kontra Newcastle u Southampton.

Liverpool jilgħabu barra minn darhom kontra Aston Villa. Iż-żewġ timijiet jinsabu b’punti massimi mill-partiti li lagħbu s’issa, b’Liverpool jibdew bħala favoriti iżda Aston Villa jinsabu f’forma tajba.

Chelsea jospitaw lil Crystal Palace f’waħda mid-derbies ta’ Londra. It-tim ta’ Frank Lampard kiseb draw diżappuntanti ta’ 3-3 kontra West Browich Albion filwaqt li Crystal Palace tilfu l-aħħar konfront tagħhom kontra Everton.

Arsenal se jkunu qed jittamaw li jpattu għat-telfa li sofrew kontra Liverpool fil-Premier League meta jilqgħu lil Sheffield United li minn naħa tagħhom għadhom mingħajr punt minn tliet partiti.

Manchester City jilgħabu barra minn darhom kontra Leeds United. It-tim ta’ Pep Guardiola fl-aħħar ħarġa tiegħu tilef kontra Leicester filwaq li sa issa Leeds United fir-ritorn tagħhom fil-Premier League urew logħob offensiv.