Wara li fl-aħħar jiem il-President Amerikan, Donald Trump irriżulta pożittiv għall-COVID-19, it-tobba tiegħu ordnaw li jittieħed fi sptar għal kura.
Dikjarazzjoni li ħarġet mill-White House tgħid li Trump, li għandu 74 sena, jinsab għajjien, iżda apparti dan, mhux isofri minn kumplikazzjonijiet f’saħħtu. Hu ttieħed fl-isptar bħala prekawzjoni.
Flimkien miegħu fi kwarantina hemm ukoll martu Melania, iżda ma jidhirx li s’issa kellha bżonn tittieħed fi sptar minkejja li kellha uġigħ ta’ ras u sola. Huma kienu ġew ittestjati hekk kif waħda mill-assistenti ta’ Trump ħarġet pożittiva għall-virus.
Filwaqt li Trump jinsab f’nofs elezzjoni presidenzjali, hu xorta waħda se jibqa’ jaħdem mill-isptar li jinsab fih għall-ġranet li ġejjin. Iżda kull attività li kellu ġiet posposta.
//= $special ?>