Lokali Qorti

Akkużat li rreżista lill-Pulizija waqt li kien fis-sakra

Għawdxi, residenti l-Fontana, tressaq quddiem il-Qorti t’Għawdex akkużat li tul il-jum tas-Sibt, 3 ta’ Ottubru, attakka, hedded u rreżista l-arrest tal-pulizija waqt li kien fis-sakra.

Il-każ seħħ fi Pjazza San Franġisk kif ukoll fi Triq Enrico Mizzi, fir-Rabat Għawdex, fejn ir-raġel ta’ 31 sena kien akkużat ukoll li rrenda ruħu reċidiv.

Filwaqt li ċaħad l-akkużi miġjuba kontrih, huwa ngħata l-ħelsien mill-arrest taħt diversi kundizzjonijiet.