Futbol Sport

Aston Villa jissorprendu b’rebħa kbira fuq Liverpool

(Ritratt: EPA)

Liverpool sfaw megħluba bil-kbir minn Aston Villa wara li tilfu 7-2 minkejja d-dominju fil-pussess. Ollie WATKINS poġġa lil Aston Villa tnejn minn fuq wara li sab ix-xibka wara erba’ minuti imbagħad għal darb’oħra fit-22 minuta. Mohamed SALAH skorja l-ewwel gowl għal Liverpool fit-33 minuta. L-avversarji komplew bid-dominju tagħhom quddiem il-lasta b’gowls ta’ John MCGINN u ieħor ta’ WATKINS biex b’hekk għaqqad il-hat-trick personali sa tmiem l-ewwel taqsima. Ross BARKLEY kompla kabbar il-vantaġġ, b’SALAH jagħmel id-doppjetta kif ukoll l-aħħar gowl tat-tim tiegħu. Aston Villa ma waqfux hawn, hekk kif Jack GREALISH skorja żewġ gowls oħra f’temp ta’ għaxar minuti, b’din tkun waħdamill-iktar telfiet li Liverpool qatt sofrew.