Coronavirus Lokali Saħħa

COVID-19: 66 każ ġdid ifiqu 47

Fl-aħħar 24 siegħa ttestjaw pożittiv 66 każ ġdid filwaqt li fiequ 47 persuna.

Dan ifisser li l-każi attivi ta’ Covid-19 f’pajjiżna żiedu għal 488 għal total ta’ 3,487 filwaqt li l-ammont totali ta’ persuni mfejqa żiedu għal 2,758.

Intant mill-65 każ imħabbra tul il-jum tas-Sibt; 15-il każ kienu qraba ta’ persuni li ttestjaw pożittiv fil-jiem preċedenti, 5 każi f’kuntatti diretti ma’ persuni pożitivi, 13-il każ minn fuq il-post tax-xogħol, żewġ każi importati u 4 każi oħra minn attivitajiet soċjali.

Dan ifisser li 36 persuna kienu sporadiċi, jiġifieri ma jafux mnejn ġew infettati.