Sport Sport Ieħor

Diego Ulissi jirbaħ it-tieni stadju tal-Giro d’Italia

(Ritratt: EPA)

It-tieni stadju tal-Giro d’Italia ntrebaħ minn Diego Ulissi ġewwa Agrigento, filwaqt li Peter Sagan daħal fit-tieni post. Sagan, li huwa ċiklist ta’ Bora-Hansgrohe ilu bla rebħa għal 15-il xahar, wara li Ulissi għaddieh fl-aħħar telgħa tat-tellieqa. 

Fit-tieleq post daħal id-Daniż Mikkel Honore ta’ Deceunick-Quick-Step, segwit minn Michael Matthews ta’ Team Sunweb. Astana kellhom jum diżappuntanti ieħor wara li ċ-ċiklist tagħhom Aleksandr Vlasov ħareġ mit-tellieqa, biex b’hekk issa jinsabu b’sitt ċiklisti hekk kif diġa tilfu tnejn wara żewġ stadji biss.

Ulissi issa jinsab mal-ewwel għaxra tal-kompetizzjoni, filwaqt li Filippo Ganna ta’ Ineos iżomm il-flokk ir-roża. Rick Zabel tilef il-flokk il-blu, B’Sagan joħodulu.

Il-Giro d’Italia jkompli għada bit-tielet stadju li se jsir fuq il-muntanja Etna.

Ikkummenta