Għall-ħabta tas-6 ta’ filgħaxija, fl-inħawi tal-kosta tal-lbiċ ta’ Malta lejn Għar Lapsi, il-Forzi Armati ta’ Malta kienet għaddejja tfittxija b’ħelikopter u d-dgħajsa tal-baħar Melita 2 għal persuna jew persuni li kienu f’diffikultà.
Skont kelliem għall-Pulizija, daħal rapport li xi persuni kienu f’diffikultà waqt li kienu qed jgħumu Għar Lapsi.
Min-naħa tal-Forzi Armati, dawn qalulna li t-tfittxijiet li saru għall-persuni rriżultat fin-negattiv iżda nstabet kutra fil-baħar.
//= $special ?>