Sport Sport Ieħor

Il-favorita Simona Halep eliminata u Rafael Nadal jgħaddi għall-kwarti finali fir-Roland-Garros

(Ritratt: EPA)

Iga Swiatek, żagħżugħa ta’ 19-il sena rnexxiela telimina lil Simona Halep mill-kompetizzjoni, waħda mill-favoriti li tirbaħ is-singles tan-nisa. Halep rebħet it-titlu tal-2018. Il-partita tar-raba’ rawnd intemmet 6-1 6-2 u damet biss 68 minuta.

Is-sena l-oħra, dawn iż-żewġ tennisti ltaqaw fl-istess stadju, iżda r-riżultat mar favur Halep.

Swiatek se tilgħab fil-kwarti finali għall-ewwel darba fil-karriera tagħha, kontra t-Taljana Martina Trevisan. Trevisan għelbet lill-Olandiża Kiki Bertens 6-4 6-4.

Fil-kategorija tal-irġiel, fl-ewwel konfront tar-raba rawnd, kien Rafael Nadal li għadda għall-kwarti finali wara li għeleb faċilment lill-Amerikan Sebastian Korda 6-1 6-1 6-2.