Lokali

Il-PN jilqa’ b’sodisfazzjon l-ftuħ tal-iskola ġdida fil-Qawra

Jinnota li n-nuqqas t’ippjanar u l-ittardjar li ħakem l-iskola tal-Qawra qed jaffetwa l-iskejjel tal-Imsida u r-Rabat Għawdex li ilhom 5 snin jiġu mwegħdin

Il-Partit Nazzjonalista jilqa’ b’sodisfazzjon l-ftuħ tal-iskola ġdida fil-Qawra li wara snin ta’ stennija tista’ titgawda mit-tfal tal-akwati.

Sostna dan il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Edukazzjoni Clyde Puli fejn spjega li min-naħa l-oħra l-Partit Nazzjonalista jinnota li l-Ministeru tal-Edukazzjoni qed jiftaħ din l-iskola tlett snin tard għaliex ma’ kienx kapaċi ilestiha fil-ħin, kif ma’ lestiex fil-ħin l-iskola ta’ Marsaskala is-sena li għaddiet u kif qiegħed ħames snin tard fil-bini tal-iskejjel tal-Imsida u tar-Rabat Għawdex li ilhom ħames snin mwegħdin.

Il-Partit Nazzjonalista jinnota wkoll li l-iskola tal-Qawra ilha tiġi mwegħda mill-Ministeru tal-Edukazzjoni aktar minn ħames snin u t-tlestija u l-ftuħ tagħha ilhom jiġu posposti sena wara sena b’konsegwenza li ġenerazzjoni sħiħa ta’ tfal tilfu l-opportunita’ li jattendu skola fiha b’uħud minnhom jieħdu l-edukazzjoni fil-kontejners minħabba nuqqas ta’ spazju.

Il-Partit Nazzjonalista jappella lill-Gvern biex jippjana aħjar u jħabbrek aktar biex it-tfal tal-Imsida u tar-Rabat Għawdex li wkoll ilhom is-snin jiġu mwegħda skola ġdida ma jkomplu ibatu dan in-nuqqas.