Lokali

L-MUMN tawgura lill-Kap il-ġdid tal-Partit Nazzjonalista

L-Unjin Maltija tal-Infermiera u l-Qwiebel ferħet lil Bernard Grech wara li, “b’suċċess ġie elett bħala l-Kap il-ġdid tal-Partit Nazzjonalista.”

L-MUMN saħqet li tinsab tħares ‘il quddiem li taħdem flimkien ma’ Bernard Grech fl-interess tal-Maltin u l-Ghawdxin kollha.

L-unjin faħħret u fakkret b’mod partikolari l-kummenti nkorraġġanti li ghamel il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, waqt il-kampanja għall-elezzjoni ta’ Kap, favur li l-infermiera f’pajjiżna, li “jiġu rrikkonoxxuti u rrispettati aktar fl-interess ta’ dawk kollha li jircievu s-servizzi meħtieġa mingħand dawn il-professjonisti.”