Futbol Sport

Manchester United umiljati ġewwa darhom kontra Tottenham

(Ritratt: EPA)

Manchester United kienu umiljati ġewwa Old Trafford wara telfa ta’ 6-1 kontra Tottenham. Kienu United li marru fil-vantaġġ wara li ngħataw penalty. Davinson Sanchez waqqa lil Anthony Martial fil-kaxxa, bi Bruno FERNANDES ma żbaljax mill-11-il metru. F’ħames minuti, Tottenham marru fil-vantaġġ permezz ta’ Tanguy NDOMBELE u Heung-min SON. Fit-28 minuta, United spiċċaw jilgħabu b’għaxar plejers meta Anthony Martial intwera l-karta ħamra. Sa tmiem l-ewwel taqsima, Tottenham żiedu d-distakk b’żewġ gowls oħra ta’ Harry KANE u ieħor ta’ Heung-Min SON. Fil-51 minuta, Serge AURIER għamilhom ħamsa. Fid-79 minuta, Ben Davies twaqqa minn Paul Pogba fil-kaxxa, b’Tottenham ingħataw penalty u Harry KANE għamel id-doppjetta personali.

Arsenal għelbu lil Sheffield 2-1, bil-gowls waslu kollha fit-tieni taqsima. Bukayo SAKA fetaħ l-iskor għal Arsenal fil-61 minuta, u rdoppjaw tliet minuti biss wara permezz ta’ Nicolas PEPE. David MCGOLDRICK għamilhom 2-1 fit-83 minuta.

Leicester City sfaw megħluba minn West Ham 3-0. Mal-kwarta logħob, Michail ANTONIO poġġa fil-vantaġġ lil West Ham, b’Pablo FORNALS kabbar id-distakk. Ftit minuti qabel tmiem il-logħba, Jarrod BOWEN skorja t-tielet gowl.

Gowl deċiżiv ta’ Pedro NETO fis-56 minuta ta r-rebħa lil Wolves fuq Fulham, b’din tkun ir-raba telfa konsekuttiva tal-istaġun, hekk kif għadhom bla punti.

Southampton ħarġu rebbieħa 2-0 kontra West Brom. Gowl ta’ Moussa DJENEPO fetaħ il-partità segwit minn Oriol ROMEU.