Robert Arigo se jibqa’ jservi bħala Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista għall-Ħidma fil-Partit taħt it-tmexxija ta’ Bernard Grech.
Hu ddikjara dan fuq Facebook, fejn qal li se jibqa’ konsistenti fl-ideali tiegħu u allura, leali b’mod assolut lejn il-Kap il-ġdid.
Robert Arrigo kompla li l-elezzjoni ġenerali li ġejja hi kruċjali, li d-differenza ta’ voti jitnaqqas u eventwalment jirbaħ il-Partit Nazzjonalista.
Malta għandha bżonn lill-Partit Nazzjonalista, tenna Robert Arrigo.
Hu qal li diġà ltaqa’ ma’ Bernard Grech. U issa li se jkompli jiltaqa’ l-Parlament, jinsab konvint li se nibqgħu nisimgħu b’aktar żbalji politiċi tal-Gvern minn żmien għal żmien.
//= $special ?>