Lokali

Sejba ta’ aktar minn 5kg kannabis fl-ajruport

Passiġġiera Spanjola ġiet miżmuma mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga. Dan wara li uffiċjali tad-Dwana fi ħdan l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta sabu fil-pussess tagħha ta’ 5.6 kilogramma kannabis.

Dan kollu wara li saret tfittxija estensiva fuq il-mara wara li tqanqal suspett dwarha. It-tfittxija saret kemm fuq il-persuna kif ukoll fuq ħwejjiġha, fejn instabet id-droga f’numru ta basktijiet.

Hija mistennija titressaq b’arrest fil-Qorti.