Shura Kitata rebaħ il-Maratona ta’ Londra ta’ din is-sena minkejja li ma kienx wieħed mill-favoriti. Hu rnexxielu jgħeleb lil Eliud Kipchoge li ħa dan it-titlu erba’ darbiet, kif ukoll ir-rebbieħ tas-sena l-oħra. Hu temm it-tellieqa fit-tmien post.
Kitata lesta l-maratona f’ħin tajjeb ta’ 2:05:41 sekonda, sfidat fuq quddiem minn Vincent Kipchumba mill-Kenja, li daħal fit-tieni post.
Fil-kategorija tan-nisa, kienet Brigid Kosgei li rebħet it-titlu għat-tieni darba konsekuttiva. Hi għamlet din il-ġirja f’ħin ta’ 2:18:58 sekonda, fejn għelbet ukoll iċ-champion tad-dinja Ruth Chepngetich.
Kemm Kosgei kif ukoll Kipchoge qalu li l-kundizzjonijiet tat-temp tul il-maratona għamlu kollox ħafna iżjed diffiċli. Il-pandemija tal-coronavirus affetwat ukoll għax ma preparawx biżżejjed kif xtaqu.
Il-Maratona ta’ Londra kienet posposta f’April, id-data li normalment issir minħabba l-pandemija. L-edizzjoni ta’ din is-sena qiegħda ssir għall-atleti elite biss fuq 19-il dawra madwar St. James Park.
//= $special ?>