Fi tmiem din il-ġimgħa, Malta Air Rifle and Pistol Shooting Club (MARPSC) taħt il-patroċinju tal-Malta Shooting Sport Federation, kienu qed jorganiżżaw żewġ avvenimenti. Is-Sibt kien hemm il-presentazzjoni tal-Lawrence Darmanin Challenge Cup għall-istaġun 2019-2020. Saret ukoll l-ewwel kompetizzjoni tal-istaġun 2020-2021 li l-klabb assigura bħala waħda sigurà u pożittiva. Il-MARPSC tixtieq tinforma li qed jittieħdu l-miżuri kollha skont id-direttivi tal-awtoritajiet tas-saħħa.
Il-MARPSC organiżżat il-presentazzjoni annwali biex tawgura r-rebbieħa tal-Lawrence Darmanin Challenge Cup għall-istaġun 2019-2020. Iċ-Challenge Cup tawgura lill-aqwa tiraturi. It-titlu huwa f’isem l-eks President tal-MARPSC Lawrence Darmanin li kellhu passjoni kbira għall-isparar.
Ir-rebbieħa tal-kategorija Air Pistol kienet Eleanor Bezzina, segwita minn Stephen Cauchi u fit-tielet post Josephine Galea Calleja. It-trofej kienu preżentati minn Andre Darmanin, iben Lawrence. Eleanor kienet inawgurata s-Shield bħala r-rebbieħa ġenerali tal-istaġun 2019-2020. Alison Formosau Michael Xuereb kienu mogħtija simbolu tal-parteċipazzjoni għad-dedikazzjoni tul l-istaġun.
Preżenti għall-preżentazzjoni kien hemm il-familja ta’ Lawrence Darmanin – il-mara tiegħu Josianne, t-tifel Andre u t-tifla Rebecca.
Il-MARPSC bdew l-istaġun 2020-2021 bl-ewwel kompetizzjoni li saret is-Sibt 3 ta’ Ottubru fil-kategorija Air Pistol, f’Larry Vella Hall indoor range fil-Bidnija. It-tiraturi riedu jisparaw 60 tir f’1.15 minuta. Ir-rebbieħa tal-Air Pistol fuq distanza ta’ 10 metri kienet Eleanor Bezzina.
Il-klassifika finali: 1. Eleanor Bezzina b’564 punt, 2. Josephine Galea Calleja b’532 punt, 3. Raymond Cacciattolo b’522 punt
//= $special ?>