Sport Sport Ieħor

Ulysse Du Bouchet jispikka fit-tiġrija ewlenija

(Ritratt: Joseph Galea)

Kenneth Vella

It-33 laqgħa tas-sena li saret il-bieraħ wara nofsinhar fil-Marsa rat il-bidu ta’ kampjonat ġdid, dak Johnnie Walker għal żwiemel tal-klassi Gold fuq distanza qasira ta’ 2140m. Dan permezz ta’ seba’ heats fuq distanza qasira ta’ 2140m. Il-laqgħa, fuq ħdax -il tiġrija tat-trott inkludiet ukoll tiġrija tal-klassi Premier fuq l-istess distanza u li ntrebħet minn Ulysse Du Bouchet u Paul Galea.

Tlettax -il żiemel ħadu sehem fit-tiġrija Premier. Axel Tilly (Marco Debono) kien l-aktar żiemel b’saħħtu wara l-karozza tat-tluq u minnufih fetaħ vantaġġ żgħir minn Lincoln Lawyer (Caillin Borg) u Vasterbo Paymyday (Mark Bonnici). Madankollu 300m mit-tmiem Axel Tilly beda jnaqqas mill-ġiri u dlonk inqabeż minn Ulysse Du Bouchet (Paul Galea) li ħa l-ewwel rebħa tas-sena faċilment b’żewġ tulijiet minn Elliot Coger (Marco Refalo) u Lincoln Lawyer (Caillin Borg). Vasterbo Paymyday temm fir-raba’ pożizzjoni.

Is-seba’ heats tal-klassi Gold intrebħu mid-debuttant Bonjour (Salvu Vella) u Judge Reo (Kerstin Galea) li kienu l-ħin kollu quddiem; Neverendingdream (Herman McKay) u Foxy Brown (Rodney Gatt) li ħadu t-tielet rebħa staġjonali; Frankie Brodde (Noel Baldacchino) li żied il-pass matul l-aħħar 300m; Chemsak Vedaquais (Jeffrey Said) li ħa l-ewwel rebħa f’Malta wara li ħa l-kmand fl-aħħar 500m u Cobby’s Celeb (Kevin Azzopardi) li ħa l-kmand meta l-ewwel żwiemel daru għad-dritta finali.

Ir-rebbieħa kollha

I Tiġrija. Heat Kampjonat Krafft. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Dio Doti (Charles Camilleri) Ħin– 2.43.4” (1.16.3”) 2. Derby Chevaleraie (N. Baldacchino) 3. Happy Ours (J. Spiteri) 4. Desir La Douve (Sh. Portelli)

II Tiġrija. Heat Kampjonat Krafft. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Beau Favori (P. Galea) Ħin – 2.41.5” (1.15.5”) 2. Defi De Gueriniere (D. Grima) 3. Diego Jyl (J. Zahra) 4. Khali Magdalon (Ch. Gauci)

III Tiġrija. Heat Kampjonat Krafft. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Forsman (C. Camilleri) Ħin – 2.41.4” (1.15.4”) 2. Design Ribb (M. Spiteri) 3. Dehande (R. Gatt) 4. Utian Joy (M. Debono)

IV Tiġrija. Heat Kampjonat Johnnie Walker. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Bonjour (S. Vella) Ħin – 2.39.4” (1.14.5”) 2. Livinginmydream (R. Gatt) 3. Bello Du Tillet (P. Galea) 4. Tire Bouchon (K. Saliba)

V Tiġrija. Heat Kampjonat Johnnie Walker. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Neverendingdream (H. McKay) Ħin – 2.40.4” (1.15”) Vent Du Der (R. Gatt) 3. Drogba Bob (C. Camilleri) 4. Aristote Gede (M. Fenech)

VI Tiġrija. Heat Kampjonat Johnnie Walker. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Foxy Brown (R. Gatt) Ħin – 2.40.3” (1.14.9”) 2. Janske (C. Camilleri) 3. Vick De La Nade (M. Debono) 4. Uriako De Villiere (Sh. Portelli) – Quite A Feeling (J. Gafa’)

VII Tiġrija Heat Kampjonat Johnnie Walker.  Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Frankie Brodde (N. Baldacchino) ĦIn – 2.41.3” (1.15.4”) 2. Aravis Roc (R. Gatt) 3. Boss Du Marny (P. Galea) 4. Armani S (J. Gafa’)

VIII Tiġrija. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Ulysse Du Bouchet (P. Galea) Ħin – 2.39.1” (1.14.3”) 2. Elliot Coger (M. Refalo) 3. Lincoln Lawyer (C. Borg) 4. Vasterbo Paymyday (M. Bonnici)

IX Tiġrija. Heat Kampjonat Johnnie Walker. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Chemsak Vedaquais (J. Said) Ħin – 2.39.9” (1.14.7”) 2. Vito Des Landiers (C. Camilleri) 3. Ugo Des Jacquots (A. Farrugia) 4. Blackbird Wood (D. Vella)

X Tiġrija. Heat Kampjonat Johnnie Walker. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Cobby’s Celeb (K. Azzopardi) Ħin – 2.40.6” (1.15.1”) 2. Castle Rose (M. Debono) 3. Tom Des Rivieres (N. Baldacchino) 4. Brave Atout (M. Ellul)

XI -il Tiġrija. Heat Kampjonat Johnnie Walker. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Judge Reo (K. Galea) Ħin – 2.43.1” (1.16.2”) 2. Braveheart Jiel (C. Refalo) 3. Venicio Bello (A. Cassar) 4. Uranus Tepol (C. Cassar)