“L-akbar prijorità hi l-għaqda” – Bernard Grech

Waqt l-ewwel intervista televiziva tieghu, Bernard Grech stqarr li l-PL għadu mmexxi minn persuni li ħakmuħ ….u għalhekk irridu ningħaqdu flimkien sabiex nirnexxu.

Bernard Grech qal li wara l-elezzjoni ta’ nhar is-Sibt ma jistax jinsa lil dawk li kellhom għażla differenti għaliex dawk ukoll huma parti mill-familja nazzjonalista u huma parti mill-futur tal-Partit. Bernard Grech stqarr li ser ikun qed jaħdem biex l-ebda wieħed minn dawn ma jintilef u qed jaħdem biex dan isir fil-prattika.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista semma kif diġa laqqa’ il-grupp parlamentari tal-Partit Nazzjonalista… laqgħa li turi li l-Partit Nazzjonalista diġa miexi ‘l quddiem.

It-Tnejn, Bernard Grech kellu laqgħa mal-eks kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia fejn iddiskuta miegħu dwar kif ser jibqa’ jaħdem għal-ġid tal-partit u tal-pajjiż.

Dwar ir-riżenja ta’ Joseph Muscat, Bernard Grech stqarr li l-eks PM kien politiku li ġab terremot b’mod negattiv u li waqqa’ isem pajjiżna. Il-ħsara li għamel hija kbira u biex tissewwa hemm bżonn li kulħadd jaħdem flimkien sabiex il-Moneyval Report ma jiġix kontra l-pajjiż.

Dwar l-edukazzjoni, il-Kap tal-PN stqarr li hu dejjem qal li dan is-settur huwa pilastru importanti u ser ikun qed jiltaqa’ mal-unions tal-għalliema …għaliex is-sitwazzjoni mhux waħda normali

Bernard Grech temm l-intervista tiegħu billi stqarr li priorita importanti ħafna għalih hija l-għaqda… u jinsab konvint li l-Partit Nazzjonalista ser ikun magħqud mill-ġdid …u ppreparat għall-elezzjoni li jmiss.