Internazzjonali

Belarus: Mijiet ta’ arresti fost rabja nazzjonali

epaselect epa08720619 Belarusian police uses water cannons do disperse protesters during an opposition protest in Minsk, Belarus, 04 October 2020. According to reports, thousands of opposition activists and supporters attended the protest demanding to free political prisoners and new elections under international observation. EPA/STR

Il-Pulizija fil-Belarus arrestaw ‘il fuq minn 320 persuna waqt il-protesti tal-Ħadd kontra t-tmexxija tal-President Alexander Lukashenko li saru f’Minsk u bliet oħra tal-pajjiż.

L-arresti kienu konfermati mill-Ministeru għall-Intern wara li għexieren ta’ eluf ta’ dimostranti mmarċjaw miċ-ċentru tal-kapitali biex jinsistu li l-awtoritajiet jeħilsu lill-priġunieri politiċi. Intant, seħħew numru ta’ inċidenti f’Minsk, bil-pulizija tispara l-kanuni tal-ilma għal fuq il-folol.

Id-dimostrazzjoniiet kienu l-aħħar f’sensiela ta’ azzjonijiet mill-poplu tal-Belarus li qed jinsisti biex Lukashenko iwarrab mill-poter wara 26 sena bħala l-Mexxej ta’ pajjiżu.

Dan wara li Lukashenko reġa’ kien elett fl-elezzjoni tas-sajf u meta ħafna ċittadini huma konvinti li hu kiseb mandat ġdid ta’ tmexxija ‘bil-qerq u l-frodi’.