Lokali

Bernard Grech jingħata ċ-ċwievet tal-Uffiċċju tal-Kap tal-PN mingħand Adrian Delia

Il-Kap il-ġdid tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech ingħata iċ-ċwievet tal-Uffiċċju tal-Kap fid-Dar Ċentrali mill-eks Kap u predeċessur tiegħu Adrian Delia waqt ċerimonja simbolika tal-għoti taċ-ċwievet. Dan wara li s-Sibt li għadda, Bernard Grech rebaħ l-elezzjoni għal Kap tal-PN fil-Konvenzjoni Ġenerali.

Bernard Grech irringrazzja lil Adrian Delia għall-kontribut li hu ta bħala Kap tal-PN u bħala Kap tal-Oppożizzjoni matul dawn l-aħħar tliet snin. Kemm il-Kap tal-PN Bernard Grech kif ukoll Adrian Delia kellhom ukoll laqgħa fejn matulha ddiskutew it-triq ‘il quddiem għall-PN u dwar is-sehem ta’ Adrian Delia fil-ħidma Parlamentari, fix-Shadow Cabinet u fil-partit.