Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Bernard Grech, laqa’ l-istedina li għamillu l-Mexxej Laburista Robert Abela għal-laqgħa fil-jiem li ġejjin, b’talba li ressaq sabiex il-laqgħa tkun waħda uffiċċjali f’Kastilja la jsir Kap tal-Oppożizzjoni biex iressaq numru ta’ materji urġenti fosthom:
Mozzjoni biex issir inkjesta indipendenti dwar il-kuntratt korrott tal-Electrogas;
It-tħassib tal-poplu dwar il-pandemija – speċjalment fid-djar tal-anzjani, bil-Kap tal-Partit Nazzjonalista jitlob li tinġarr responsabbiltà politika;
Il-bżonn li l-Gvern iżomm il-pandemija taħt kontroll biex ma jkollnix nerġgħu nagħlqu l-iskejjel għad-detriment tal-istudenti kif ukoll tal-ġenituri tagħhom;
Appell biex b’azzjoni urġenti mill-aktar fis, u bi djalogu mal-imsieħba soċjali, il-Gvern iwieżen is-setturi ekonomiċi l-aktar milquta mill-konsegwenzi tal-pandemija, ewlenin fosthom is-settur turistiku; u
Il-proposta ta’ Bernard Grech biex issir konferenza nazzjonali dwar il-popolazzjoni u l-immigrazzjoni.
//= $special ?>