Fl-aħħar 24 siegħa ttestjaw pożittiv 57 każ ġdid filwaqt li fiequ 12 persuna.
Dan ifisser li l-każi attivi ta’ Covid-19 f’pajjiżna żiedu għal 533 għal total ta’ 3,544 filwaqt li l-ammont totali ta’ persuni mfejqa żiedu għal 2,770.
Intant mis-66 każ imħabbra tul il-jum tal-Ħadd ; 6 każi kienu qraba ta’ persuni li ttestjaw pożittiv fil-jiem preċedenti, 5 każi f’kuntatti diretti ma’ persuni pożitivi, 2 każi minn fuq il-post tax-xogħol, każ importat, każ mill-cluster ta’ paceville, 7 każi minn San Vinċenz De Paule. Dan filwaqt li nstabu 7 każi pożittivi ta’ edukaturi u każ pożittiv ta’ student.
36 każ minn dawk imħabbra l-Ħadd, kienu sporadiċi… jiġifieri ma jafux minfejn ħadu dan il-virus.
//= $special ?>