Fl-aħħar rawnd ta’ testijiet li saru fil-Premier League nstabu disa’ każijiet pożittivi ta’ coroanvirus. B’kollox saru 1,587 test bejn it-28 ta’ Settembru u lbieraħ.
Dan in-numru ta’ każijiet pożittivi jiġi wara li fl-aħħar rawnd instabu 10 każijiet pożittivi fejn fi stqarrija l-Premier League qal li dawk kollha pożittivi se jkunu f’iżolament għall-għaxart ijiem.
Illum ir-Renju Unit irrapporta 12,594 każ pożittiv ta’ coronavirus u 19 -il mewt kawża tal-virus madwar il-pajjiż kollu.
//= $special ?>