Sport Sport Ieħor

Djokovic u Tsitsipas fil-kwartifinali tar-Roland Garros

(Ritratt: EPA)

Novak Djokovic kiseb post fil-kwartifinali tar-Roland Garros meta għeleb lil Khachanov 6-4 6-3 6-3. Din hija l-11 -il sena konsekuttiva li Djokovic rnexxielu jikkwalifika għall-kwartifinali.

Fil-fażi tal-aħħar tmienja, Djokovic ser jilgħab kontra Pablo Carreno Busta jew Daniel Altmaier. Djokovic huwa wieħed mill-favoriti li jirbaħ dan it-turnament presitġjuż flimkien ma’ Rafael Nada u Dominic Thiem.

Il-Grieg Stefanos Tsitsipas ukoll kiseb post mal-aħħar tmienja wara lil għeleb lill-Bulgaru Grigor Dimitrov 6-7 7-5 6-4 7-6. Hu se jilgħab kontra s-seed numru tlettat Andrey Rublev.