Sport Sport Ieħor

Geraint Thomas ikompli jnaqqas iċ-ċans li jirbaħ l-Giro d’Italia

(Ritratt: EPA)

Iċ-ċans li l-Brittaniku Geraint Thomas jista’ jirbaħ jew ikun wieħed mill-protagonisti ewlenin fl-edizzjoni ta’ din is-sena huwa limitat wara li tilef aktar minn 12-il minuta fit-tielet stadju fir-rotna tal-Etna.

Thomas spiċċa biex kellu inċident madwar 25 kilometru mit-tmiem wara li nxteħet flixkun tax-xorb bir-riżultat li spiċċa taħt ir-rota ta ’quddiem tiegħu. Fl-istess waqt kien Filippo Ganna li pprova jgħin lil Thomas jirkupra.

Apparti dan il-Brittaniku u wieħed mill-favoriti Simon Yates ta’ Michelton-Scott tilef aktar minn erba’ minuti. Bi 18-il jum ta’ tiġrijiet li fadal, Thomas issa jinsab 11-il minuta u 17-il sekonda lura fil-klassifika ġenerali, filwaqt li Yates jinsab b’distakk ta’ 3 minuti u 46 sekonda.

L-istadju ntrebaħ minn Jonathan Caicedo tal-EF Pro Cycling li flimkien ma’ Joao Almeida qed jaqsmu flimkien l-ewwel post fil-klassifika ġenerali. L-isqalli Vincenzo Nibali, minkejja li għandu distakk ta’ 55 sekonda mill-koppja Jonathan Caicedo u Joao Almeida xorta għadu jitqies bħala wieħed mill-favoriti għar-rebħ tal-Giro ta’ din is-sena .

Fl-ewwel sitt postijiet hemm Joao Almeida tal-Portugall u Jonathan Caicedo tal-Ekwador ir-tbejn b’ 7 sigħat 44 minuta 25 sekonda b’vantagg ta’ 37 sekonda fuq Pello Bilbao ta’ Spanja, 42 sekonda fuq Wilco Keldermann tal-Olanda u 53 sekonda fuq il-Belgjan Harm Vanhoucke u 55 sekonda fuq it-Taljan Vincenzo Nibali . L-istadju li jmiss huwa ta’ 140 kilometru minn Katanja għal Villafranca Tirrena.