Lokali Parlament

KONFERMATA: Il-Budget se jiġi ppreżentat fid-19 ta’ Ottubru

Waqt laqgħa tal-Kumitat tax-Xogħol tal-Kamra, ġiet ikkonfermata l-aħbar li ħareġ Net News ilbieraħ filgħodu li l-Budget se jitressaq nhar id-19 ta’ Ottubru.

Tħabbar ukoll li l-Kap tal-Oppożizzjoni se jkun qed jagħmel ir-replika tiegħu it-Tnejn 26 ta’ Ottubru, filwaqt li l-Prim Ministru Robert Abela jitkellem it-Tlieta 27 ta’ Ottubru.

Preżenti għal din il-laqgħa kien hemm l-Ispeaker Anglu Farrugia, il-Whip tal-Oppożizzjoni Robert Cutajar flimkien mal-Viċi Kap għal-Affarijiet tal-Partit Nazzjonalista David Agius, kif ukoll id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne u l-Whip tal-Gvern Glenn Bedingfield.