Lokali

“Il-Gvern għandu jikkunsidra li ma jiftaħx l-iskejjel” – UPE

Fi stqarrija, il-UPE stqarret li tinsab imħassba ferm wara li ġimgħa biss mill-ftuħ mill-ġdid tal-iskejjel, il-Union ilha tiġi infurmata b’bosta każi pożittivi ta’ COVID-19 f’diversi skejjel.

L-UPE f’dan il-mument, tiskanta li l-Ministeru ma rax l-ħtieġa li jadotta pjan alternattiv… dak ta’ tagħlim onlajn.

Il-UPE għalhekk qed titlob lill-Ministeru tal-Edukazzjoni biex jikkunsidra mill-ġdid il-ftuħ tal-iskejjel, u jinvesti fi strateġija alternattiva li tissalvagwardja l-edukaturi tagħna.

Jekk is-sitwazzjoni tkompli kif inhi, ser twassal biss għal konklużjoni diżastruża, l-iskejjel inevitabbilment jagħlqu u mhux se jkun hemm biżżejjed edukaturi biex jieħdu ħsieb it-tagħlim onlajn li l-UPE qed tipproponi li għandha tidħol fis-seħħ issa.