Lokali

Il-Kumitat Eżekuttiv tal-PN japprova unanimament lill-Kap Bernard Grech biex jiġi co-opted fil-Parlament

Il-Kumitat Eżekuttiv tal-PN illejla ddeċieda b’mod unanimu dwar il-co-option tas-siġġu Parlamentari li ġie vakat mid-Deputat Nazzjonalista Ivan J. Bartolo aktar kmieni llum, u ġie deċiż li l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Dr Bernard Grech għandu jingħata dan is-siġġu biex ikun jista’ jmexxi lill-Partit fil-Parlament ukoll bħala Kap tal-Oppożizzjoni.

Matul l-istess laqgħa l-Kumitat Eżekuttiv irringrazzjaw lil Adrian Delia għall-ħidma li wettaq għall-PN u għall-pajjiż matul dawn l-aħħar tliet snin fejn okkupa l-kariga ta’ Kap tal-Partit u Kap tal-Oppożizzjoni. Saru ukoll ringrazzjamenti lid-Deputat Nazzjonalista Ivan J. Bartolo tal-ġest li bih tassigura li l-Kap tal-Partit jista’ jassumi l-irwol tiegħu fil-Parlament b’mod immedjat,  lill-Kummissjoni Kandidati u lill-Kummissjoni Elettorali għall-ħidma tagħhom fil-ġimgħat li għaddew.