Futbol Sport

Jingħalaq is-suq tat-trasferimenti

Ritratt: EPA)

Illejla ngħalaq is-suq tat-trasferimenti b’numru ta’ timijiet madwar l-Ewropa se jkunu qed ifittxu li jwettqu l-aħħar akkwisti tagħhom sabiex isaħħu l-iskwadri tagħhom.

Juventus jakkwistaw lil Federico Chiesa mingħand Fiorentina, b’Douglas Costa jingħaqad ma’ Bayern Munich filwaqt li akkwistaw ukoll lil Eric Chupo-Moting mingħand PSG. Manchester United akkwistaw lil Edinson Cavani u lil Alex Telles mingħand Porto kif ukoll lil winger ta’ 18- il sena Amad Diallo mingħand Atalanta li se jissieħeb magħhom f’Jannar li ġej. Arsenal akkwistaw lil Thomas Partey mingħand Atletico Madrid filwaqt li l-midfielder Matteo Guendouzi ħalla lil Arsenal b’telf sat-tmiem l-istaġun biex issieħeb ma’ Hertha Berlin fil-Ġermanja b’Lucas Torreira jissieħeb ma’ Atletico Madrid. Theo Walcott ħalla lil Everton u ssieħeb ma’ Southampton b’self sat-tmiem l-istaġun.

Roma akkwistaw lid-difensur Chris Samlling b’mod permanenti wara li kien magħhom b’self. Napoli akkwistaw lil Tiemoue Bakayoko mingħand Chelsea filwaqt li Jose Callejon ħalla lit-tim ta’ Gennaro Gattuso biex issieħeb ma’ Fiorentina. Id-difensur Matteo Darmian ħalla lil Parma biex issieħeb ma’ Inter. Aktar aġġornamenti dwar l-aħħar trasferimenti hekk kif iseħħu.