Lokali Parlament

Jappella għal-liġi dwar ġid mhux spjegat; biex tkun miġġielda l-korruzzjoni

Id-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi appella biex il-gvern idaħħal liġi dwar ġid li persuni jixtru jew jiksbu meta dawn ma jkollhomx il-flus neċessarji.

Fil-parlament Jason Azzopardi qal li fis-sajf seħħu affarijiet xokkanti li ħarġu mill-qorti li jikkonċernaw korruzzjoni. Hu sostna li l-PN hi favur li jitwaqqaf ir-Rikaverat mill-Kriminalità (ARB) iżda l-importanti mhux x’qed jg?id il-gvern iżda x’ħalla barra. Il-gvern Laburista fl-2015 ?abbar li se jwaqqaf dan il-bureau permezz tal-ex ministru Owen Bonnici.

Dan sar biex ting?ata l-impressjoni li l-gvern jieħu l-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus bis-serjetà iżda fl-2017 dan il-bord ikkonfiska €1,500 u €1,260 fl-2018. Fl-217 kienu konfiskati €30,000 biss minn dan il-bord; Konrad Mizzi jdaħħalhom f’ħamest ijiem mill-korruzzjoni tiegħu. Dan meta l-industrija kriminali tad-droga f’Malta tiġġenera miljuni ta’ euros.

Jason Azzopardi qal li r-rapport tal-Kummisjsoni Ewropea stess jikkonferma li l-korruzzjoni hi istituzzjonalizzata u l-pajjiż sar pajjiż tal-mafja. Kien biss f’Awissu 2018 li l-bord beda jopera; propju sakemm seħħet il-kriminalità tal-Electrogas u nqatlet Daphne Caruana Galizia. Inqabdu biss 12-il karozza u €197,000 fl-2018; dan hu karawett, sostna Jason Azzopardi, li kompla li din hi daqqa ta’ ?arta lejn il-vittma tal-kriminalità u tal-korruzzjoni. Dan kollu meta statistika tal-NSO tikkalkula li l-eknomija s-sewda tiswa €300 miljun kull sena, qal Jason Azzopardi.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-bord hu inkompetenti, ebete u kretin us semma’ każ ta’ Taljan li kellu Ferrari li nqabdet mill-ARB iżda li tagħha ħabru biss somma redikola. It-Taljan kien għamel kawża kostituzzjonali u ingħata kumpens ta’ €70,000. Din is-sentenza turi l-inkompetenza tal-bord.

Il-bord twaqqaf fl-2015 iżda r-regoli ma daħlux fis-seħħ mill-ewwel. Fl-ewwel rapport annwali iċ-Chairman tal-bord l-ex Imħallef Camilleri kien ikkummenta li l-bord ma ngħatax ir-riżorsi neċessarji. Fl-interess ta’ liema kriminali u nies f’Kastilja kien li l-ARB ma jaħdmix; Malta għandha ħafna liġijiet fuq il-karta iżda mhux qed ikunu implimentati. Malta hi l-aktar pajjiż li jissemma’ fil-ħażin fir-rapport tal-Kummissjoni Ewropea.

Hu qal li l-Gvern Laburista ddefenda lil Keith Schembri u appella biex il-gvern jagħmel liġi dwar il-ġid mhux spejgat. Tliet snin ilu l-Ingliżi għaddew liġi li tgħid li fejn ikun hemm suspett raġonevoli dwar kif persuni jixtru affarijiet meta ma jkollhomx id-dħul biżżejjed. Dan iwassal għal suspett raġonevoli li l-oġġetti mixtrija jkunu konfiskati. Malta għandha bżonn din il-liġi, sostna Jason Azzopardi, li kompla li imbagħad trid tkun il-persuna li tispjega minn ġabet dawk il-flus.

Id-deputat Nazzjonalista qal li hawn wisq bżonn fil-pajjiż li jkun hawn din il-liġi propj minħabba dak li qed jinstema’ fil-qorti fl-inkjesta dwar l-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.

Jason Azzopardi kompla li dan hu l-istat tal-pajjiż fejn l-awtoritajiet ma jie?dux din il-ġlieda bis-serjetà.

Hu qal illi kieku l-puliizja investigaw kif suppost, Daphne Carauana Galizia ma kienitx tinqatel.

Dan l-abbozz ta’ liġi hu tajjeb iżda mhux biżżejjed għax jiddependi minn ħafna affarijiet; issa l-bord se jkollu l-poter li jagħmel li jrid minn assi ta’ persuna taħt suspett raġonevoli.

Irridu nassiguraw li ma jkunx hemm abbuż mil-liġi, sostna d-deputat Nazzjonalista, li kompla li bejn l-2015 u l-2020 l-FIAU ma nponietx iktar minn ħames multi ta’ inqas minn €50,000 jew €10,000. Dan hu l-istess gvern li ta d-direct orders lin-Nexia BT li kienu huma responsabbli biex tkissret ir-reputazzjoni ta’ Malta. Kienu hu l-perċimes biex nies korrotti jiftħu l-kumpaniji fil-Panama biex jaħbu l-korruzzjoni.