Lokali Parlament

Joseph Muscat jirriżenja minn deputat

L-ex Prim Ministru Laburista Joseph Muscat għadu kif irriżenja minn deputat.

F’diskors qasir fil-parlament Muscat qal li se jitkellem għall-aħħar darba u għadda ittra lill-Ispeaker li biha irriżenja minn deputat. Hu qal li ma kienx qal lil sħabu li se jirriżenja u semma’ l-ħidma li wettaq fil-parlament.

Hu qal li kien kburi li kien id-deputat u li ġab l-akbar numru ta’ voti fl-elezzjonijiet. Kuntent li kkontribwixxejt biex Malta tinsab f’sitwazzjoni aħjar, sostna Jospeh Muscat.

L-Ispeaker irringrazzja lil Jospeh Muscat tal-ħidma politika tiegħu.