Lokali Qorti

“Yorgen Fenech kien ċaħad miegħi li huwa sid 17 Black” – Mark Gasan

“Il-Panama Papers kienu xokkanti iżda ma kienx hemm konnessjonijiet mal-Electrogas. Niftakar li rċevejt mistoqsijiet dwar 17 Black minn ġurnalist. Wara li weġibtu, ċempilt  mill-ewwel lil lil Yorgen Fenech u għidtlu: ‘Solviha,.Qed nassumi li mhux vera hux?.

“Ma staqsejtx lil Fenech jekk 17 Black kinitx tiegħu jew le dak il-ħin. Stennejt li Fenech kien se jirribatti l-akkużi.”Kont ixxukkjat,”  Ġimgħatejn wara meta ħareġ aktar ċempilt mill-ġdid lil Fenech u dan insista u qalli li hu ma kienx is-sid ta’ 17 Black.”

“Kien Novembru tal-2018 li ħarġet l-aħbar li 17 Black kienet ta’ Yorgen Fenech. Fenech mill-ewwel kien bagħat email lill-imsieħba kollha tal-Electrogas jgħid li dak li qed tgħid il-midja ma kienx minnu”.

“Jien ma riedx nilħaq Direttur tal-Electrogas minħabba l-allegazzjonijiet li bdew isiru anke b’rabta mal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizija.”L-intraprenditur u l-azzjonist ta’ Electrogas Mark Gasan żvela dan meta kien qed jixhed fl-inkjesta pubblika ta’ Daphne Caruana Galizia.

Gasan għandu terz ta’ GEM Holdings, li għandha 33 fil-mija tal-power station li taħdem bil-gass Electrogas f’Delimara, flimkien ma’ Paul Apap Bologna u l-familja Fenech. Siemens u l-kumpanija Ażerbajġana SOCAR għandhom 33% tal-ishma kull wieħed.

Gasan ġie mistoqsi dwar il-mod li bih Electrogas ġiet meħlusa minn kont tat-taxxa tas-sisa li jlaħħaq il-miljuni ta’ ewro, bit-taxxa tiġi assorbita mill-Enemalta.

Huwa qal li ma kienx involut fid-diskussjonijiet inizjali mal-Enemalta u nsista li m’hemm “xejn ħażin” dwar il-kwistjoni. Gasan jesprimi frustrazzjoni dwar is-skiet ta’ Electrogas dwar dan iżda.

“Jien kont qed nimbotta biex Electrogas jirrispondi,” jgħid. “M’għamlux u fil-fatt huwa frustranti ħafna. Jien kont qed nimbotta għaliha. Huma ma ħarġux pubblikament bil-pożizzjoni tagħhom, saħaq ix-xhud.

Ix-xhud qal li f’email tiegħu Fenech informa lill-bord li kien se “jimxi ‘l quddiem”. Mistoqsi mill-Bord jekk kienx ammetta li żbalja. ix-xhud wieġeb fin-negattiv. Qal li l-email li kellu kellha linja waħda biss, kien possibilment riżultat tal-laqgħa bejn Apap Bologna, il-Grupp Gasan u Ray Fenech.

Qal li ladarba kien ikkupjat fl-email wieġeb li hu ma riedx jieħu post Yorgen Fenech. Ix-xhud qal li waqt li GEM Holdings aċċettat ir-riżenja ta’ Fenech, huma kellhom isibu lil xi ħadd biex jieħu postu.

GEM Holdings damu sitt xhur biex isibu lil xi ħaddieħor biex jieħu post Fenech. Kienu tliet Diretturi ġodda li ssieħbu ma’ GEM Holdings u dawn kienu jinkludu lil missier ix-xhud u lil Ray Fenech. Dawn tawhom l-opportunità li jgħaqqdu kworum.

Mark Gasan qal ukoll li sar konxju dwar il-konnessjoni bejn Fenech u l-Partit Laburista wara l-elezzjoni ġenerali u li wara analiżi ħareġ li ma kienx hemm tranżazzjonijiet bejn 17 Black u GEM Holdings jew l-Electrogas.

Dwar it-tħassib tiegħu minħabba r-rapport tal-NAO (National Audit Office) li kkritika lill-Gvern, qal f’okkażjonijiet dan kien bir-raġun. Il-garanzija tal-Gvern qatt ma’ messha saret. Messu kien ikkjarifikat kollox minn qabel.  

Ix-xhud tenna wkoll li Fl-2019, Yorgen Fenech ftit li xejn kien ikun preżenti għal laqgħat li kienu jsiru għax kien qed isiefer ħafna, Sostna li hu kien pprova jorganizza laqgħa tal-bord ta’ GEM Holdings. Dawn il-laqgħat kienu jirrikjedu t-tliet diretturi biex ikunu preżenti.

Mark Gasan qal li huwa relatat ma’ Apap Bologna peress li kuġintu hija miżżewwġa lilu. Hu studja fir-Renju Unit u rritorna Malta fl-2003. Beda fil-propjetajiet imbagħad ħadem f’diversi tipi ta’ negozji. Qal li ma kellu l-ebda esperjenza fil-ġenerazzjoni tal-elettriku u l-Electrogas kienet l-ewwel esperjenza tiegħu f’dan is-settur.

Kien kellmu dwar il-proġett missier Yorgen Fenech, George Fenech meta kienu qegħdin jiddiskutu fuq xi ħaġa oħda li m’għandhiex x’taqsam. Kien qalilhom li l-Partit Laburista kellu idea fuq il-proġett tal-Electrogas minħabba li ried jibni powerstation li taħdem bil-gass.

Dwar meta kien tkellu ma’ Gvern Nazzjonalista fuq dan il-proġett qal li kien involut missieru draw dan, u hu qatt ma kellu x’jaqsam. Tenna li kien fl-2013 li kellimhom u li diġa kienu tkellmu ma’ Paul Apap Bologna fuq l-idea.

Qal li kienu kellmuhom biex jaraw humiex interessati, u li dan kien dejjem jiddependi jekk il-Partit Laburista kienx se jirbaħ l-elezzjoni, qal Gasan. Qal li ma kienx konxju li kienu saru xi diskussjonijiet meta l-Partit Laburista kien fl-Oppożizzjoni.

Qal li minn dak li jaf kien ftit qabel l-elezzjoni li saru diskussjonijiet biex jaraw jekk humiex interessati fil-proġett. Kienu qalulhom li jekk jirbħu l-elezzjoni imexxu.

“Wara tela’ l-Partit Laburista u peress li konna nvoluti ma’ Tumas Fenech fi propjeta ta’ Monita, f’Wied il-Għajn fi proġett li ta’ suċċess. “Kien hemm involuti Ray Fenech, George Fenech, missieri u jien,” qal Mark Gasan.

L-Imħallef Emeritus Joe Said Pullicino wera lix-xhud preżentazzjoni li saret il-Ġimgħa, minn Apap Bologna, u x-xhud qal li hu ra din il-preżentazzjoni dan l-aħħar u li possibilment kienet intweriet lil missieru dak iż-żmien.

Qal li wara diskussjonijiet interni, fittxew aktar kjarifiki mingħand George Fenech u miegħu ddiskutew il-loġistika. Huma ddiskutew li jdaħħlu magħhom lill-PwC.

Qal li jidhirlu li Fenech kien diġà ffirma l-ittra tal-ingaġġ ma’ PwC bies jassessja l-vijjabilità tal-proġett. Ix-xhud qal li  hu kien iħares lejn il-proġett bħala investiment passiv.

Huwa kompla jgħid li fl-istess żmien is-sehem azzjonarju tal-kumpanija tagħhom kien ta’ €5 miljuni u li l-Grupp Gasan kien qed iħares għal investiment fit-tul, Tenna li l-grupp Gasan ried jinvesti u insista li l-grupp kien mexa bl-involviment tiegħu f’Marzu tal-2013.

L-Imħallef  Abigail Lofaro staqsietu dwar il-‘feasibility study’. Qal li f’dak il-punt, il-ftehim ta’ 18-il sena deher interessanti. L-espressjoni ta’ interess kienet skedata lejn il-bidu ta’ April tal-2013 u ngħalqet sitt ġimgħat wara.  L-espressjoni kienet dokument qasir, u Gasol kellha ħidma għaddejja ma’ SOCAR.

Siemens daħlet fil-konsorzju fl-aħħar minuta fejn kien hemm potenzjal li l-konsorzju ma jissottomettix espressjoni ta’ interess. Dan dejjem li kieku Siemens ma daħlux għaliha, qal Gasan.

Ħdax mit-18-il applikant intgħażlu għat-tieni fażi, Dwar in-nuqqas ta’ esperjenza fuq mistoqsija tal-Bord, Gasan qal li għalihom dan kien investiment, filwaqt li l-manifattur kellu jkun shareholder.  

Gasan qal li l-garanziji bankarji ġew aktar tard u kellhom x’jaqsmu mal-istate aid. Tenna li ma kiex involut fid-diskussjonijiet. F’dak il-punt kien hemm il-kumpanija Electrogas u t-tliet diretturi tagħha li ħadu ħsieb kollox.

L-Imħallef  Michael Mallia staqsa lix-xhud dwar ir-reazzjoni tiegħu meta l-konsorzju kien infurmat li l-Electrogas kienet falluta mill-BOV. Qal ukoll li fl-2017, il-kostruzzjoni tal-power plant kienet waslet fi tmiemha.

Il-garanzija tal-Gvern kienet se tiskadi f’Awwissu tal-2017, u li kien hemm xi għażliet li jestendu l-garanzija tal-Gvern sakemm il-ftehim finali jkun konkluż.

Kien hemm żewġ ftehim li kienu għadhom mhux lesti, kompla jgħid ix-xhud. Gasan qal li dawk li ssellfu kienu qed jitolbu għal estenzjoni. Qal li huwa jemmen li kien hemm xi tip ta’ ftehim (agreements) tal-Electrogas li kienu għadhom ma ngħalqux wara l-elezzjoni tal-2013 u wara li l-kuntratt kien magħluq.

Gasan qal li hu ltaqa’ ma’ Keith Schembri ħafna wara l-elezzjoni u li ltaqa’ ma’ Konrad Mizzi fil-ftuħ uffiċjali tal-power station fl-2017. Qal li ma jafx jekk missieru kienx iltaqa’ ma’ Mizzi jew Schembri.

Fuq aktar mistoqsijiet minn naħa tal-Bord qal ukoll li ma kellux ikliet ma’ Muscat. Tenna li m’għandu l-ebda rabtiet kummerċjali mal-Grupp Kasco. Qal li l-Electrogas ħallset lill-Gvern €11-il miljun għall-garanzija, u huwa skorrett li wieħed jgħid li l-garanzija bankarja gawdiet minnha l-Electrogas.

“Ma nistax nifhem kif ibbenefikat lill-Electrogas, meta kellna nħallsu għaliha,” qal ix-xhud. Kompla jgħid li ltaqa’ ma’ Brian Tonna minn Nexia BT soċjalment u ma kellu l-ebda negozju miegħu. Nexia BT kienet l-awditur ta’ GEM holding. Ir-raġuni li ntagħżlet hi għax mill-kwotazzjonijiet li fittxew, Nexia BT kienet sostanzjalment irħas.

Ix-xhud kompla jwieġeb numru ta’ mistoqsijiet magħmula minn Therese Comodini Cachia, li flimkien mal-Avukat Jason Azzopardi qegħdin jidhru għall-familja Caruana Galizia.

Meta d-Dottoressa staqsiet dwar similaritajiet bejn il-powerstation u l-preżentazzjoni, qal li Gasol tidher fil-power point u li jemmen li Paul Apap Bologna kellu kuntatt minn l-istess Gasol.

Tenna li Gasol ħareġ mill-konsorzju lejn nofs l-2015 u kien l-aħħar minuta, li ġew mgħarrfa li Gasol mhux se jibqa’ parti mill-proġett. Jemmen li Gasol kienet ibbekkjata finanzjarjament minn SOCAR.

Kienet il-PwC li bdiet tippreżenta figuri waqt il-perjodu ta’ espressjoni ta’ interess. Id-dħul mistenni fl-istadju ta’ espressjoni ta’ interess kien jidher tajjeb,

Ix-xhud qabel ma’ kumment tal-Prim Imħallef Emeritu li kienu qed jaħsbu li l-kumpanija kienet investiment fit-tul sikur, iżda fil-bidu kellhom dan il-ħsieb. L-Eelctrogas issottomettiet l-offerta u ngħatat il-ftehim, qal Gasan.

Kien hemm spejjeż sostanzjalment aktar għolja meta kkumparati mal-estimi. L-estimi dwar il-ftehim kienu ħżiena, qal Gasan, l-aktar fejn jidħlu l-ispejjeż.

Dwar jekk jaqbilx mad-dikjarazzjoni ta’ Apap Bologna li l-Electrogas kienet qed tistenna profitti sal-2023, Gasan tenna li kienu qed jistennew profitti lejn tmiem dan id-deċennju. Ix-xhud qal li l-problema prinċipali bil-proġett kienet li l-ispiża kienet ferm aktar milli mistennija. Qal li l-iffinanzjar ta’ din il-parti tal-proġett kienet problema.

Gasan qal li kemm hu kif ukoll Apap Bologna kienu jattendu l-laqgħat tal-bord meta ma kinux Diretturi. Huma kienu jieħdu post Fenech meta hu ma kienx ikun preżenti. Saħaq li wara s-saga tas- 17 Black, hu u Paul Apap Bologna kienu jalternaw għall-laqgħat tal-bord tal-Electrogas.

L-Avukat Jason Azzopardi għamel sensiela ta’ mistoqsjiet lix-xhud fejn qara mill-blogg tal-ġurnalista assassinata Daphne Carurana Galizia: “L-imsieħeb bi 30% tal-kumpanija tal-powerstation huwa teknikament fallut” u staqsa lil Gasan jekk kien qara’ dan l-artiklu.

Ix-xhud qal li ma jiftakarx, Gasan u tenna li kien konxju li Gasol kellhom problemi finanzjarji, madanakollu, Gasol kienet appoġġjata minn SOCAR. Qal li kollox jindika li hu u Apap Bologna kienu ntwerew mudelli finanzjarji differenti.

L-Avukat Azzopardi kompla jaqra u qal: “Hu u jitkellem ma’ International Oil Daily, is-COO ta’ Gasol, Aaln Buxton, qal li s-suċċess tal-proġett kien grazzi għar-rebħa tal-Partit Laburista, li fil-Gvern, f’Marzu.

“”Nittamaw li d-dettalji tal-proġett jiġu ffinalizzati sa Marzu tal-2014,” qal Buxton. Wara l-bidu tal-kostruzzjoni, se tieħu 18-il xahar ieħor biex jasal il-floating storage unit (FSU) fil-post. Sa Settembru tal-2015, se jasal f’Malta l-ewwel shipment LNG u l-konsorzju għandu jibda jara ritorn mill-investiment, qal hu.”

Mark Gasan qal, li ritorn fuq l-investiment ma jfissirx neċessarjament profitt. Kompla l-Avukat Jason Azzopardi: “F’Ottubru tal-2013, kont konxju li l-Unjoni Ewropea ħabbret li l-pipeline tal-gass bejn Malta u Sqallij kien ikkwalifika għall-fondi? Qed nistaqsi jekk kontx konxju b’diskussjonijiet bejn membri tal-Electrogas u l-Gvern dwar dan?

Ix-xhud wieġeb fin-negattiv. Qal li l-ispiża kienet stamta fil-bidu ta’ €250 miljun. Din iżda telgħet għal €350 miljun sat-talba fil-fażi tal-proposti. L-Avukat Azzopardi staqsa dwar l-ikla tal-15 ta’ Frar tal-2013, li saret għand George Fenech f’Portomaso.

L-Avukat staqsa jekk preżenti kienx hemm Yorgen Fenech, George Fenech, Karmenu Vella u t-tifel tiegħu John, hu, (Mark Gasan) u missieru u kien hemm ukoll preżenti Joseph Muscat.

Gasan ċaħad, imma l-Avukat Azzopardi qal li rawh b’għajnejhom xhieda. Il-Bord informa lill-Avukati u lill-media li l-inkjesta se tkompli nhar l-Erbgħa fis-2pm, fejn se jixhdu l-Ministru Jose Herrera u Paul Apap Bologna . Il-Ġimgħa fid-9.30am, se jixhed il-Ministru Carmelo Abela.