Coronavirus Edukazzjoni Lokali

“La l-Gvern fetaħ l-iskejjel, irid jerfa’ r-responsabbiltà ta’ kull ħaġa li se tiġri minn issa ‘l quddiem” – MUT

F’konferenza tal-aħbarijiet li għaddejja bħalissa l-MUT qalet li l-Gvern ma kienx ippreparat għall-ftuħ tal-iskejjel.

Il-Preisdent tal-MUT Marco Bonnici saħaq li d-deċiżoni tal-ftuħ tal-iskejjel hija tal-Gvern u ta’ ħadd izjed. Għalhekk, la l-Gvern iddecieda li jiftaħhom irid jieħu r-reponsabbiltà ta din id deċiżjoni.

Qal ukoll li din se tkun sena mimlija skossi.

Il-Union tal-għalliema qalet li hemm nuqqas ta’ edukaturi… problema li tkun hemm ta’ kull sena. Hemm madwar 80 klassi li sa’issa għadhom mingħajr għalliema. Bonnici qal li din is-sena hija waħda partikolari għax minħabba l-protokoll kien hemm il-bżonn li jifetħu iktar klassijiet ġodda u allura dan jirikjedi iktar nies. Apparto dan kien hemm ukoll numru ta’ għalliema li mhux deħlin għax-xogħol minħabba li huma vulnerabbli.