Lokali

“Lill-għalliema għandna niċċelebrawhom kuljum” – Bernard Grech

Permezz ta’ post fuq facebook, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech stqarr kif lill-għalliema għandna niċċelebrawhom kuljum u nroddulhom ħajr għad-dedikazzjoni u x-xogħol kollu li jagħmlu mal-istudenti.

Huwa kompla jgħid kif l-għalliema kellhom rwol importanti f’kull individwu. “Dak li aħna llum hu grazzi għall-edukazzjoni li tawna” stqarr Bernard Grech.

Bernard Grech qal ukoll li f’dan iż-żmien li għaddejjin minnu bħalissa, l-irwol tal-għalliem hu aktar vitali, għax mhux biss se jkunu qed jedukaw lill-istudenti akkademikament iżda wkoll jedukawhom kif għandhom jaddattaw f’din ir-realta’ ġdida.