Basketball Sport

Miami Heat jirbħu t-tielet logħba kontra LA Lakers

(Ritratt: EPA)

Miami Heat rebħu 155-104 fit-tielet logħba minn sebgħa kontra Los Angeles Lakers fil-finali tal-play-offs tal-NBA li qed isiru f’Orlando fl-Istati Uniti.

L-eroj għal Miami Heat kien Jimmy Butler fejn minkejja li kellhom numru ta’ plejers neqsin minħabba injuries irnexxielhom jirbħu t-tielet partita wara li tilfu l-ewwel tnejn. Butler qal li hu jinżel għal kull partita daqs li kieku sejjer għal gwerra u qal i minkejja li l-avversarji jagħlqu b’mod tajjeb hu ma kull ċans jipprova jixxutja.

Fi tmiem il-partita Le Bron James faħħar lill-istess Butler u ddeskrivieh bħala pelejr fenomenali. Sa issa ħadd qatt ma rnexxielu jirbaħ dawn il-finali meta kellu żvantaġġ ta’ 3-0.

Ir-raba’ partita bejn iż-żewġ timijiet tintlagħab matul il-lejl ta’ bejn għada u nhar l-Erbgħa.