Coronavirus Futbol Sport

Plejer ta’ Mosta pożittiv għall-coronavirus

(Ritratt: Catriel Farrugia)

Fl-aħħar sigħat ħarġet l-aħbar li plejer ta’ Mosta FC ittestja pożittiv għall-coronavirus wara li għamel test fi tmiem il-ġimgħa.

Jidher li l-istess plejer kien involut fil-partita li Mosta lagħbu kontra Balzan f’nofs il-ġimgħa li għaddiet bil-plejer jiżviluppa sintomi ħfief tal-virus l’ għada tal-partita.

Jidher ukoll li numru ta’ plejer kien f’kuntatt li huwa meqjus bħala riskjuża ma’ dan il-plejer u b’hekk tpoġġew fi kwarantina sakemm isirulhom t-testijiet ukoll. Skond l-aħħar Protokoll Mediku maqbul bejn l-MFA u l-Awtoritajiet tas-Saħħa, huma dawk il-plejer li jkollhom kuntatt mill-viċin mal-plejer li jirriżulta pożittiv għall-virus li jridu jitpoġġew fi kwarantina minflok kif kienet qabel, fejn it-tim kollu kien jitpoġġa fi kwarantina.