Il-President Amerikan Donald Trump, li bħalissa jinsab pożittiv għall-Coronavirus, momentarjament ħalla ċ-Ċentru Mediku Walter Reed f’Maryland, fejn qed jiġi ttrattat għal COVID-19, sabiex ikun jista’ jsellem lill-folol li kien hemm jistennew barra l-isptar.
Trump deher f’karozza SUV, liebes maskra, għaddej f’hekk imsejjħa ‘drive-by’. Dan għamlu biex isellem lill-partitarji tiegħu qabel reġa’ irritorna l-isptar. Mhux ċert x’ser jiġri mix-xufier u dawk li kienu ma Trump fil-karozza waqt li hu pożittiv għall-virus.
Esperti fil-qasam mediku qed iqisu din il-mossa tal-President Amerikan bħala ‘ġennata’. Oħrajn qalu li l-SUV presidenzjali hija ssiġillata b’mod sikur ħafna għal kontra attakki minn barra u għalhekk titfa’ f’riskju kbir li dawk li kienu fiha ma’ Trump hekk kif żgur kienu f’riskju kbir għaliex kienu f’arja li ma tinbidilx ma’ pazjent pożittiv għal virus li hu qattiel.
//= $special ?>