Qiegħda tiġi investigata allegazzjoni ta’ logħob mixtri fil-women’s double fl-Open ta’ Franza fir-Roland Garros. Il-partità taħt investigazzjoni hija dik bejn ir-Rumeni Andreea Mitu u Patricia Maria Tig kontra r-Russa Yana Szikova u l-Amerikana Madison Brengle. L-organizzaturi Franċiżi rrifjutaw li jikkummetaw peress li l-kaz għadu miftuħ.
Fil-partiti li saru llum fil-kompetizzjoni tar-Roland Garros, eliminazzjoni xokkanti għal Elina Svitolina wara li sfat megħluba minn Nadia Podorska bl-iskor ta’ 6-2 6-4. Danielle Rose Collins tilħaq ukoll is-semi finali wara li rebħet partita pjuttost bilanċjata kontra Ons Jabeur 4-6 6-4 4-6.
//= $special ?>