Anzjana ta’ 90 sena mietet bil-Coronavirus fl-aħħar sigħat. Stqarrija tal-Ministeru tas-Saħħa tgħid li l-anzjana ddaħħlet l-Isptar Mater Dei fit-30 ta’ Awwissu u kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fit-30 ta’ Settembru.
L-anzjana baqgħet tingħata kura fl-Isptar Mater Dei, fejn mietet tard ilbieraħ filgħaxija.
Għal darb’oħra il-Ministeru tas-Saħħa reġa tenna li l-anzjana kellha kundizzjonijiet ta’ saħħa ulterjuri.
Din l-anzjana hi l-40 vittma tal-Coronavirus f’pajjiżna. Bir-rata ta’ mwiet f’pajjiżna tkun fost l-ogħla fl-Ewropa.
//= $special ?>