Coronavirus Lokali Saħħa

COVID-19: 47 każ ġdid – ifiqu 42

Fl-aħħar 24 siegħa ttestjaw pożittiv 47 każ ġdid filwaqt li fiequ 42-il persuna.

Dan ifisser li l-każi attivi ta’ Covid-19 f’pajjiżna żiedu għal 537 għal total ta’ 3, 591 filwaqt li l-ammont totali ta’ persuni mfejqa żiedu għal 2, 812

Intant mill-57 każ imħabbra tul il-jum tat-Tnejn; 28 każ ittestjaw pożittiv wara li qraba tagħhom ġew infettati mill-virus preċedentament, każ ta’ kuntatt dirett ma’ persuni pożittivi, 3 każi minn fuq il-post tax-xogħol, 2 każi oħra mill-cluster ta’ Paceville u każ minn attività soċjali.

Dan ifisser li 22 każ minn dawk imħabbra l-Ħadd, kienu sporadiċi… jiġifieri ma jafux minfejn ħadu dan il-virus.

Dan filwaqt li l-fatalitajiet żiedu għal 40 wara li t-Tnejn filgħaxija tilfet ħajjitha kawża tal-virus mara ta’ 90 sena.