Fil-Karting KZ World Championships f’Lonato ġewwa l-Italja nhar il-Ħadd li għadda, Il-karter Taljan Luca Corberi ta’ 23 sena waddab bumper fuq sewwieq ieħor li kien qed idur mat-trakka. Dan għaliex Corberi ħabat fid-disa’ dawra tiegħu ma’ Paolo Ippolito, u kellhu jieqaf mit-tellieqa. F’rabja kbira, hu ħareġ kważi fit-trakka, stenna s-sewwieq jiġi, u kif raħ waddab il-bumper. Ftit wara, nqalat ukoll ġlieda bejniethom, bis-sewwieqa u ħaddiema oħra jmorru jwaqqfuhom.
Corberi ħabbar fuq il-midja soċjali li rtira mill-isport wara dan l-avveniment. Hu skuża ruħu tal-atteġjament u wiegħed li mhux se jerġa jieħu sehem fl-ebda kompetizzjoni tal-motorsport.
Dan il-każ qed jiġi investigat mill-FIA li huma l-organizzazzjoni li tieħu ħsieb dawn it-tlielaq.
//= $special ?>