Lokali Parlament

Il-gvern kisser ir-reputazzjoni internazzjonali ta’ Malta

  • Beppe Fenech Adami, PN

Id-deputat Nazzjonalista Beppe Fenech Adami appella lill-gvern biex ma jibqax jikkawża ħsara irreparabbli għar-reputazzjoni internazzjonali ta’ Malta bil-korruzzjoni istituzzjonalizzata li daħħal fil-pajjiż wara l-2013.

Fil-parlament Beppe Fenech Adami qal li l-gvern qed jgħaddi dawn il-liġijiet minħabba li l-mod kif kisser lil dan il-pajjiż. Mal-bidla fil-gvern, fil-pajjiż sar attakk organizzat biex l-istituzzjonijiet importanti jitnawru filwaqt li d-dinja kollha kienet qed tosserva u tara x’qed isir fil-pajjiż.

Fost dawn kien organizzazzjonijiet kbar li għorkithom għajnejhom min Malta u issa qed jesiġu minn Malta biex jirranġaw din is-sitwazzjoni li l-pajjiż jinsab miegħu.

Id-deputat Nazzjonalista semma’ r-rapport tal-Kummissjoni Venezja u ftit qabel ir-rapport tal-Moneyval u qal r-responsabbiltà għar-reapport tal-Moneyval hu tal-Prim Ministru Robert Abela u sħabu li baqgħu jiddefendu lil Konrad Mizzi, Joseph Muscat u Keith Schembri.

Beppe Fenech Adami tkellem fuq il-korp tal-Pulizija u qal li l-gvern kien jattakka lill-Oppożizzjoni meta kienet tikkritika u twissi lill-gvern dwar il-korruzzjoni istituzzjonalizzata. Il-gvern baqa’ jiddefendi l-korruzzjoni. Il-pajjiż ħallas prezz ogħli għan-nuqqas ta’ azzjoni li ħa l-gvern Laburista quddiem il-korruzzjoni; l-inqas ħaġa li jista’ jagħmel il-gvern llum hi li ssir apoloġija.

Il-PL se jagħmel eloġju lil Joseph Muscat; li rebaħ il-premju tal-iktar politiku korrott fid-dinja. Il-gvern Laburista herra l-istituzzjoni tal-Avukat Ġenerali u baqa’ jiddefendi anki lil Nexia BT li kienet tieħu direct orders fuq kollox.

Fuq il-ħasil tal-flus, il-gvern Laburista ħasel idejh għal seba’ snin, sostna Beppe Fenech Adami, li semma’ l-każ tal-Pilatus Bank fejn il-gvern ma kellux il-kuraġġ li jieħu l-passi.

Hu qal li l-pajjiż ħallas prezz ogħli għal dak li seħħ fl-aħħar snin u sostna li jirriżulta li 89% tal-Maltin jaħsbu li l-korruzzjoni hi mifruxa meta l-medja fl-UE hi ta’ 71%. F’Malta, 54% tal-nies iħossu li l-korruzzjoni teffettwa l-ħajja tan-nies; id-doppju tal-perstenaġġ fl-UE. Dan filwaqt li 76% tal-kumpaniji Maltin jemmnu li l-korruzzjoni hi mifruxa u 60% tal-kumpanija jsostnu li l-korruzzjoni qed toħolqilhom problema fin-negozju b’mod dirett.